Enerġija
It-tiswijiet fuq l-interconnector lesti

It-tiswijiet fuq l-interconnector bejn Malta u Sqallija tlestew bil-cable reġa’ indifen f’qiegħ il-baħar biex ikun protett.

Il-Ministeru għall-Enerġija qal li għaddejjin l-aħħar testijiet biex mil-lejla, l-interconnector ikun jista’ jerġa’ jaħdem. Meta jiġri hekk, jiżdied sors ieħor ta’ enerġija mal-power stations u l-enerġija li tiġġedded.

Il-cable f’qiegħ il-baħar kien ġarrab ħsarat estensivi minn ankra ta’ tanker jumejn qabel il-Milied u kien tefa’ lill-pajjiż għal sigħat twal.

L-Enemalta kienet qalet li t-tiswijiet se jiswew mal-€11-il miljun u se tagħmel tajjeb għalihom l-assikurazzjoni.