Milied
It-tiżjin u r-rigali jtappnu s-sens tal-Milied?

Bħal-lum xahar il-Milied. U, ġaladarba żmien il-festi jinsab tista’ tgħid magħna, bħal kull sena, bħalissa jibda jinxtegħel l-ewwel dawl dekorattiv f’uħud mit-toroq ewlenin madwar il-gżejjer Maltin.

Dan iż-żmien tas-sena, partikolarment, għal bosta, iġib miegħu ferħ u hena. U, fost l-oħrajn, tibda l-ġirja sfrenata għax-xiri tar-rigali.

Il-Milied, fil-fatt, huwa x-xoqqa f’moxtha sabiex bosta minna niltaqgħu aktar, nagħtu r-rigali lil xulxin u b’xi mod nitrażmettu dawk il-valuri sempliċi iżda sinifikanti, bħal m’huma l-imħabba u l-għaqda, li frott il-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum kultant ninsewhom.

Uħud, min-naħa l-oħra, jgħidu li l-materjaliżmu relatat ma’ żmien il-festi m’għandniex x’nambuh. Mitt bniedem, mitt fehma.

Inti x’taħseb? Żejjint diġà? Bdejt taħsiblu għar-rigali? Jew, xejn minn dan ma jagħmel bik?

Intant, biex inġeddu l-memorji lil xi wħud, fil-filmat t’hawn taħt ara kif kienet tiżżejjen għall-Milied Tas-Sliema fis-sittinijiet.

Għal filmati simili segwi l-paġna Malta Audio Visual Memories.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Sitt persuni fir-reġjun tal-Lombardija, fl-Italja, weħlu multa ta’ €3,300 kull wieħed wara li nqabdu mill-Pulizija jiksru iktar minn liġi waħda. Il-persuni, li kienu kollha rġiel ta’ bejn 43 u 68…

Xjenza

Min jirnexxielu jqum fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu jista’ jitpaxxa b’xena mhux tas-soltu fis-smewwiet. Il-kometa C/2020 F3 Neowise bħalissa qed tidher ċara jekk wieħed iħares lejn ix-xefaq fil-lvant ta’ Malta. L-astrofiżiku…

Eurovision

Fl-isfond tal-hekk imsejħa normalità ġdida li lkoll qed ngħixu fiha l-European Broadcasting Union, l-EBU, f’dawn l-aħħar jiem aġġornat ir-regolamenti tal-Eurovision Song Contest għall-edizzjoni li jmiss bil-għan li l-festival jibqa’ miexi…

Aktar