It-tlajja’ u l-inżul ta’ koppja gay li addottat tifel – dan u aktar f’ ‘Sibtek’ illum

‘Sibtek’ illum jissokta bi programm ieħor mimli sa ruħ ommu. Illum, fost l-oħrajn, il-preżentaturi jlaqqgħu lit-telespettaturi mal-artist żagħżugħ Miguel Magri magħruf aħjar bħala Mr M li fost l-oħrajn se jiftaħ qalbu dwar il-problemi ta’ saħħa li għadda minnhom u li minkejja kollox xorta waħda baqa’ jissielet biex jirnexxi. Magri, jistqarr li għad fadallu ħolma waħda x’iwettaq.

Mistiedna llum ukoll, Melanie Kelly li se tiżvela kif qed tgħix u minn xix għaddiet minn mindu sseparat. Warajha, ‘Sibtek’ ilaqqa’ ‘l-pubbliku ma’ Grace Ellul, frontliner.

Imbagħad, jgħidu tagħhom matul il-programm il-koppja Noel u Christopher Vella Galea li se jitkellmu fuq l-adozzjoni ta’ binhom Daniel u t-tbatijiet li għaddew minnhom iżda li finalment issarrfu f’ferħ liema bħalu.

‘Sibtek’, illum fis-1.15pm fuq TVM.