Lokali
It-tliet akkużati bil-qtil ta’ DCG lura fil-Bidnija għall-aċċess

Dalgħodu fil-Bidnija sar l-aċċess bħala parti mill-kumpilazzjoni tat-tliet akkuzati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Taħt skorta stretta u preżenza qawwija ta’ Pulizija għall-aċċess attendew ukoll it-tliet akkużati bil-qtil tas-Sinjura Caruana Galizia, l-aħwa George u Alfred Degiorgio u Vince Muscat.

L-aċċess tmexxa mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.  Fuq il-post l-Ispettur Keith Arnaud, li qed imexxi l-prosekuzzjoni, ta spjegazzjoni dwar il-hidma li wettqu l-investigaturi f’dawn l-inħawi wara l-qtil.