Immigrazzjoni
It-tliet dgħajjes b’270 immigrant iddaħħlu kollha Lampedusa

Żvolta fl-aħħar kwistjoni tal-immigrazzjoni fil-baħar Mediterran hekk kif il-270 immigrant iddaħħlu kollha f’Lampedusa.

Skont rapporti mill-għaqdiet internazzjonali li jsalvawhom l-immigranti kienu fuq tliet dinghies bi tnejn iġorru 116-il immigrant kull wieħed, u l-ieħor b’60 immigrant.

Fl-aħħar jiem kienu l-mijiet tal-immigranti li ddaħħlu f’din il-gżira Taljana bis-sindku ta’ Lampedusa Toto Martello jgħid li r-rotta tal-immigrazzjoni mil-Libja hija attiva ħafna bħalissa.

Huwa kien kwotat jgħid li għalissa l-gżira tiflaħ l-immigranti li għandha imma għandu d-dubji meta fil-ġimgħat li ġejjin jiżdiedu n-numri ta’ dawk li se jippruvaw jaqsmu bejn l-Afrika u l-Ewropa.

Ara wkoll:

Jitolbu spjegazzjoni lill-Gvern dwar 270 immigrant f’nofs ta’ baħar