Ekonomija u Finanzi
It-tnaqqis fl-indiċi tal-borża ta’ Malta ħafna inqas minn dak tas-swieq Ewropej

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji fid-dinja kollha ħasset l-effetti tal-kriżi ekonomika li kkawżat l-pandemija tal-Covid-19, għalkemm it-tnaqqis fl-indiċi tal-borża kien ħafna inqas mit-tnaqqis li kellhom is-swieq finanzjarji fl-Ewropa.

Diversi swieq tal-ishma u bonds madwar id-dinja ħadu tisbita kawża tal-pandemija li laqtet setturi vitali tal-ekonomija fil-pajjiżi kollha.

Il-konsulent finanzjarju Jesmond Mizzi qal li waqt li l-indiċi ewlenin madwar id-dinja tilfu bejn 10 u 30 fil-mija, l-indiċi tal-borża ta’ Malta naqas b’madwar 18 fil-mija. “Irrid ngħid li l-indiċi lokali mar aħjar minn ħafna indiċi ewlenin Ewropej li waqgħu saħansitra kważi 30 fil-mija, kważi 10 fil-mija aħjar fil-waqgħa tas-suq lokali.”

Il-pandemija heżżet is-swieq finanzjarji u bosta kumpaniji, anke dawk kwotati fil-Borża. Kumpaniji kbar u medji li għandhom ishma jew bonds fil-borża avżaw lis-suq bl-iżviluppi li kellhom f’din il-kriżi. Uħud anke serħħu moħħ l-investituri li jistgħu jonoraw l-obbligi tagħhom f’dawk li huma ħlas ta’ imgħaxijiet jew fidi tal-bonds.

“Malta rajna x-xahar l-ieħor waqa’ fil-valur, kemm fl-istocks tal-gvern imma anke ta’ kumpaniji lokali li għandhom bonds fuq il-borża ta’ Malta, imma ħafna mit-telf fi stocks tal-gvern ġie gwadanjat lura, filfatt dan hu wieħed minimu.”

Is-sentiment fis-suq spikka wkoll meta dil-ġimgħa, il-gvern ħareġ bit-tliet mitt miljun ewro fi stock għal investituri istituzzjonali, u fi ftit sigħat, it-teżor irċieva applikazzjoni għax-xiri, li jilħqu kważi 400 miljun ewro. Il-Ministeru tal-Finanzi qal li fix-xhur li ġejjin il-Gvern se jagħti aktar ċansijiet biex l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-pubbliku biex jipparteċipaw f’iktar ħruġ ta’ stocks tal-gvern.

“Għalkemm illum għadna ma nafux meta is-sitwazzjoni se tirrisolvi ruħa, żgur li bil-volontà kbira li hemm l-ekonomiji jerġgħu jibdew jimxu ’l quddiem la s-sitwazjoni tiġi għan-normal.”

Is-Sur Mizzi deher fiduċjuż li f’din il-kriżi ekonomika, il-kumpaniji l-kbar kbar se jgħaddu minn perjodu diffiċli iżda jerġgħu jirkupraw. Żied jgħid li l-pakkett ta’ għajnuna finanzjarja li tħabbar mill-gvern u l-miżuri li tħabbru mill-bank, ser jgħinu biex l-intrapriżi jibqgħu għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Annimali

Boton qtates ta’ sbatax tħalla abbandunat quddiem bieb ta’ santawarju tal-qtates f’Bormla. Il-Voluntiera tas-santwarju CSAF qalu li jħossuhom irrabjati li mhux biss għax dawn il-frieħ ġew mormija, iżda setgħu tgħaffġu…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna flimkien mal-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ltaqgħu mal-imsieħba soċjali bi preparazzjoni għall-budget ta’ rkupru li se jitħabbar nhar it-Tnejn 8…

Lokali

Fis-sentejn li għaddew kien hemm 96 persuna ta’ nazzjonalità barranija li kienu vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin f’Malta. Dan intqal mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon fi tweġiba…

Aktar