Kurżitajiet
It-tniġġis fl-arja jaffettwa lit-trabi fil-ġuf?

Partiċelli tal-karbonu nstabu fis-sekonda ta’ dawk in-nisa tqal li kienu esposti għat-tniġġis fl-arja.

Dan qaluh ix-xjentisti li kienu għaddejjin b’riċerka biex jaraw jekk il-kwalità tal-arja li tkun esposta għalih l-omm taffettwax lit-trabi fil-ġuf.

L-istudju għadu fi stadju bikri u għad irid jiddetermina jekk partiċelli bħall-karbonju, jaslux u jaffettwawx lit-trabi fil-ġuf.

L-istudju li twettaq ġie ppubblikat f’Nature Communications u sar minn tim ta’ riċerkaturi mill-Università ta’ Hasselt, fil-Belġju.

Is-sekonda, li tgħaqqad l-omm mat-tarbija fil-ġuf, għad trid tiġi studjata f’aktar dettall biex jiġi ddeterminat jekk tassorbix dak kollu li tkun esposta għalih l-omm f’kwalunkwe stadju tat-tqala.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fit-Tramuntana tal-Indja spiċċa bla kliem meta mar jidfen lil bintu u sab tarbija midfuna ħajja. Ir-raġel kien qed iħaffer il-qabar ta’ bintu li twieldet mejta meta sema’ għajta ta’…

Barranin

Ir-Russja qalet li mhix se tippermetti kunflitti bejn il-forzi Torok u Sirjani. Dan hekk kif issuktat l-offensiva mill-armata Torka fit-tramuntana tas-Sirja. Osservaturi qalu li l-irtirar tat-truppi tal-istati Uniti mir-reġjun, li…

Barranin

5 nisa Franċiżi weħlu bejn 5 snin u 30 sena ħabs wara li nstabu ħatja li ppruvaw iqabbdu ”bomba” f’karozza ħdejn il-Katedral ta’ Notre Dame, f’Pariġi. Il-każ imur lura għall-2016…

Barranin

Minn tal-inqas 14-il pulizija nqatlu u tlieta oħra ndarbu f’attakk għall-għarrieda fil-punent ta’ Messiku. Il-pulizija kienu qed iġorru ordni tal-Qorti f’El Aguaje, meta l-konvoj safa’ attakkat. Rapporti qed jgħidu li…

Aktar