Lokali
It-tniġġis tal-arja baqa’ l-istess matul il-pandemija minħabba l-vapuri

Waqt li l-emissjonijiet li jniġġsu l-arja mill-vetturi naqsu waqt il-pandemija, mhux l-istess jista’ jingħad għall-ħruġ ta’ gassijiet tossiċi mill-vapuri li jbaħħru madwar il-gżejjer Maltin. Minn riċerka xjentifika li għamel il-Professur Ray Ellul mill-Università ta’ Malta jirriżulta li l-livell ta’ tniġġis tal-arja baqa’ l-istess u hemm konċentrazzjoni fl-inħawi ta’ Hurds Bank u l-Port Ħieles, bil-konsegwenza li din se jħalli effetti drastiċi fil-klima tagħna fi żmien 30 sena oħra.

Analiżi detaljata tal-kwalità tal-arja li tinġabar u tinħadem mill-Fakultà tax-Xjenza tal-Università ta’ Malta turi li l-kwantità ta’ vapuri tal-merkanzija li l-biċċa l-kbira minnhom jużaw il-heavy fuel oil, ma naqsu xejn bejn Marzu u Ġunju ta’ din is-sena. Statistika uffiċjali turi li matul dan il-perjodu baqgħu jgħaddu medja ta’ 230 vapur kuljum bejn Malta u Sqallija.

Il-Professur Ray Ellul li jmexxi t-tim li jagħmel ir-riċerka fuq il-kwalità tal-arja mill-Fanal tal-Ġordan f’Għawdex qal li waqt li t-tip ta’ vapuri li għaddew bejn Malta u Sqallija nbidel xi ftit, il-livell tat-tniġġis baqa’ l-istess.

“Rajna inqas tankers u aktar cargo vessels, imma bħala overall emissions bqajna fl-istess ilma. Cruise liners naqsu naturalment, imma cruise liners kulma huma xi 1% mill-vapuri kollha, allura lanqas ser jagħmlu differenza.”

Il-Professur Ellul qal li mill-analiżi joħroġ li l-akbar ammonti ta’ sulphur dioxide li huwa gass li jniġġes l-arja ġew intraċċati fl-inħawi ta’ Hurds Bank, mal-10 mili ‘l barra mill-kosta Maltija, kif ukoll fl-ibħra lil hinn mill-Port ħieles. Dawn l-emissjonijiet ta’ gassijiet tossiċi qed iħallu impatt fuq il-kwalità tal-arja tal-gżejjer Maltin, bil-Professur Ellul jgħid li fi żmien 30 sena ser nħossu l-effetti drastiċi tat-tibdil fil-klima fir-reġjun tal-Mediterran.

It-temperatura hawn ser titla’ bejn 3 u 6 centigrades fil-Mediterran u l-baħar ser jitla bejn 1 u 2 meters. Din mhix xi ħaġa ta’ Malta biss, kulħadd parteċipanti fiha.

Is-soluzzjoni li għandu l-Professur Ellul hi li mill-aktar fis jintuża l-idroġenu bħala fuel għall-mezzi ta’ trasport.

“L-uniku soluzzjoni għad-dinja hija l-hydrogen economy. Fil-fatt il-Kummissjoni Ewropea rrikomandat li l-gas pipeline għal Malta isir Hydrogen pipline, biex ikollna l-Hydrogen on tap u nistgħu nużawh għall-vapuri, karozzi u l-power station, u l-uniku emission huwa water.”

L-istħarriġ tal-kwalità tal-arja ilu jsir għal dawn l-aħħar għaxar snin u mistenni jkun ippublikat mill-Fakultà tax-Xjenza fix-xhur li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar