Relazzjonijiet Industrijali
It-tobba jgħidu li l-miżuri li tħabbru mhumiex biżżejjed: se jipproċedu b’azzjoni industrijali

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM laqgħet il-fatt li l-Gvern irrikonoxxa li hemm problema bl-avvenimenti tal-massa iżda qalet li l-miżuri li tħabbru mhumiex biżżejjed.

Filwaqt li rringrazzjat lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci għall-isforzi tagħhom, il-MAM qalet li l-organizzaturi tal-parties għaddiet tagħhom mal-politiċi għaliex il-pubbliku Malti mhux se jkun protett.

Fi stqarrija l-assoċjazzjoni tat-tobba qalet li speċjalisti fis-saħħa pubblika ma kinux ikkonsultati u ġew ippreżentati b’miżuri li kienu diġà deċiżi mingħajr il-pariri tagħhom.

Il-MAM filwaqt li rringranzjat lill-Arċisqof għall-pożizzjoni li ħa favur is-saħħa pubblika, esprimiet ukoll diżappunt għall-fatt li l-Gvern ma ħassarx l-avvenimenti tal-massa li għalihom mistennija jattendu eluf ta’ nies.

Saħqet li l-fatt li mhux se jiġu ppubblikati regolamenti ġodda u ma tħabbrux lanqas multi, u l-organizzaturi qed jiġu mħeġġa jirregolaw ruħhom minn jeddhom, mhux se taħdem fil-prattika u dak li ġara fil-party fil-lukanda Radisson, se jirrepeti ruħu.

It-tobba nnotaw li l-ammont ta’ każijiet attivi bħalissa huwa l-istess għal li kienu f’April u staqsew għalxiex il-pajjiż għandu jaġixxi b’mod oppost għal dak iż-żmien. Staqsew ukoll għaliex ma ġietx iddikjarata emerġenza medika.

Il-MAM qalet li s-sitwazzjoni mhix normali għax ninsabu f’nofs pandemija globali u l-poplu Malti jixraqlu jkun protett. Il-kunsill tal-MAM qed jiltaqa’ dalgħodu sabiex jiffinalizza d-direttivi biex jipproċedi b’azzjoni industrijali.

Ara wkoll:

L-Assoċjazzjoni Medika twissi b’azzjoni industrijali minħabba l-attivitajiet tal-massa

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Fl-aħħar snin Malta żviluppat industrija fil-baħar: it-trobbija tat-tonn f’gaġeġ kbar ftit ‘l barra mill-kosta. Industrija li b’mod dirett qed timpjega madwar 300 ħaddiem u aktar minn 1,100 b’mod indirett. Jordan Cutajar…

Lokali

Beda tħaffir għall-bini tal-pedamenti ta’ Triq Għeriexem fir-Rabat . . . triq passaġġa li minn ħdejn il-Villa Rumana tagħti għal żoni oħra f’din il-lokalità bħad-diversi rħajjel fil-kampanja u biex tasal…

Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Aktar