Trasport
“It-traġitt mhux dejjem ward u żahar, nagħmel ħilti biex il-vjaġġ ikun komdu”

Meta l-ilma jkun żejt, ebda port fid-dinja ma jħabbatha mal-Port il-Kbir. Bil-Forti Sant Anġlu u l-Kottonera fuq naħa, u l-Forti Sant’ Iermu u l-Valletta Waterfront fuq naħ’oħra l-inħawi tal-Port il-Kbir isaħħru ‘l-għajnejn. Ta’ kuljum, il-katamaran jidħol u joħroġ minn hawn, ġej u sejjer Sqallija.

Walter Muscat, kaptan Malti mal-kumpanija Virtu Ferries qal li t-traġitt bejn Malta u Sqallija mhux dejjem ward u żahar b’mod speċjali matul ix-xitwa. Il-kaptan Malti żied jgħid li l-akbar uġigħ ta’ ras tiegħu hija dik li jagħmel il-vjaġġ komdu għall-passiġġiera u għall-ekwipaġġ abbord il-katamaran.

Mistoqsi jekk l-emissjonijiet tal-katamaran humiex konformi mal-liġijiet internazzjonali u nazzjonali, is-Sur Muscat qal li l-katamaran tal-Virtu Ferries kapaċi jilħaq emissjonijiet ta’ anqas minn 0.1% ta’ kubrit fl-arja. Qal, li skont il-liġi dak li jkun m’għandux juża aktar minn 0.5%.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Spiss, dak li jkun ikollu ruxmata ħsibijiet fuq moħħu. Il-ħajja donnha saret mgħaġġla wisq. Kultant, taljena rasek daqs tazz’ilma. Fost l-oħrajn, mhux l-ewwel darba li dak li jkun ikollu seba’…

Lokali

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, f’Malta ngħataw 1,200 isem differenti lil aktar minn 2,200 tarbija li twieldu f’dan il-perjodu. L-aktar popolari: Noah u Emma. Ir-Reġistru Pubbliku hu marbut ma’…

Trasport

Riċerkatriċi li wettqet studju estensiv dwar l-użu tal-karozzi tal-linja f’Malta sabet li minkejja li l-patrunaġġ żdied fl-aħħar snin, iż-żieda fil-passiġġieri kienet attribwita l-aktar għall-barranin li jgħixu Malta u turisti. Qalet…

Barranin

Xandira diretta tar-tbassir tat-temp tal-BBC kienet iktar umoristika minn kemm il-produttur kien qed jimmira għaliha. Tifel ta’ madwar 10 snin intefa’ fl-isfond waqt li x-xandara Jen Bartram kienet qed tagħmel…

Aktar