Kurżitajiet
It-trainers ta’ Michael Jordan irkantati għal €1.2 miljun

Par trainers li kien juża l-leġġenda tal-baskitbol Michael Jordan ġie rkantat għal $1.4 miljun, ekwivalenti għal €1.2 miljun.

Jordan kien juża dawn it-trainers fl-ewwel staġun tiegħu maċ-Chicago Bulls fl-1984.

Il-prezz li ġabu dawn it-trainers huwa l-ogħla prezz li qatt tħallas f’irkant għal xi oġġett milbus minn sportiv.

Jordan, li rtira fl-2003 u llum għandu 58 sena, huwa meqjus bħala l-aqwa plejer li qatt ra l-basketball.