Lokali
It-trakka mhux se ssir fil-proġett ambjentali u sportiv fil-periferiji tal-Fgura, Ħaż-Żabbar u l-Kottonera 

Il-Gvern se jwettaq proġett ambjentali u sportiv fil-periferiji tal-Fgura, Ħaż-Żabbar u l-Kottonera u tal-madwar li jikkonsisti fi ġnien fi Triq Valperga fejn se jinżergħu aktar siġar u se jinkludi wkoll walking jogging track, żoni ta’ rilassiment, pitch sportiv u scouting area. Apparti dan, biswit ta’ dan il-ġnien se jkun hemm ukoll track tar-roti.

Dan kien proġett li beda fil-leġiżlatura li għaddiet u mistenni jitlesta matul din il-leġiżlatura.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ambjent intqal li minkejja li fil-pjanijiet oriġinali kien hemm il-ħsieb li ssir dirt track bħala parti minn dan il-proġett, il-Gvern m’għandu l-ebda intenzjoni li jwettaq din it-trakka li tista’ tkun ta’ detriment ambjentali u inkonvenjent għar-residenti tal-madwar.

Stqarr li għaldaqstant, il-Gvern huwa kommess li jwettaq proġett ta’ riġenerazzjoni fejn permezz ta’ ambjent aħjar u aktar sigur, jinċentiva l-attività fiżika għar-residenti.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar