Unjoni Ewropea
It-Trasformazzjoni Diġitali

Artiklu ta’ opinjoni minn Ursula von der Leyen, President tal-Kummissjoni Ewropea 

Jien ottimista dwar it-tekonoloġija. It-twemmin tiegħi fit-teknoloġija bħala forza għall-ġid ġejja mill-esperjenza tiegħi bħala studenta tal-mediċina. Tgħallimt u rajt direttament kif tista’ tbiddel id-destini, issalva l-ħajjiet u tagħmel ħaġa ta’ kuljum dak li darba kien jitqies miraklu. 

Issa neħduha bħala fatta li nistgħu nieħdu antibijotiku meta jkollna infezzjoni, jew immorru għal x-ray jew MRI meta nindarbu jew nimirdu. Dawn huma kollha mirakli li bidlu l-kors tal- umanità għall-aħjar. 

Bis-saħħa tat-teknoloġija, dawn il-mirakli qed isiru kull ma jmur aktar tal-għaġeb u aktar regolari. Qed jgħinu biex jiġi identifikat aħjar il-kanċer, jappoġġaw kirurġija ta’ preċiżjoni għolja jew ifasslu trattament apposta għall-ħtiġijiet ta’ kull pazjent. 

Dan kollu qed iseħħ bħalissa, eżatt hawnhekk, fl-Ewropa. Iżda nixtieq li dan ikun biss il-bidu. U rrid li jsir in-norma madwar is-soċjetà tagħna: mill-biedja sal-kostruzzjoni, mill-kultura sal- kostruzzjoni, mill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima sal-ġlieda kontra t-terroriżmu. 

Din hija l-viżjoni wara l-istrateġija diġitali l-ġdida li l-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta din il-ġimgħa. 

Nemmnu li t-trasformazzjoni diġitali tista’ tagħti setgħa lill-ekonomiji tagħna u tgħinna nsibu soluzzjonijiet Ewropej għall-isfidi globali. Nemmnu li ċ-ċittadini għandhom jingħataw is- setgħa jieħdu deċiżjonijiet aħjar skont it-tagħrif li jinkiseb minn data mhux personali. U rridu li d-data tkun disponibbli għal kulħadd — kemm jekk pubbliku kif ukoll jekk privat, kbir jew żgħir, start-up jew ġgant. Dan se jgħin lis-soċjetà kollha kemm hi biex tikseb l-aħjar mill- innovazzjoni u l-kompetizzjoni u se jiżgura li lkoll kemm aħna ngawdu minn dividend diġitali. Din l-Ewropa diġitali għandha tirrifletti l-aħjar Ewropa — miftuħa, ġusta, demokratika, u kunfidenti. 

Il-firxa tal-istrateġija tagħna tirrifletti l-iskala u n-natura tat-transizzjoni li għandna quddiemna. Tkopri kollox miċ-ċibersigurtà sal-infrastrutturi kritiċi, l-edukazzjoni diġitali sal-ħiliet, id- demokrazija sal-midja. U tilħaq l-ambizzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, pereżempju billi tippromwovi n-newtralità tal-klima taċ-ċentri tad-dejta sal-2030. 

Iżda, kif se nistabbilixxu din il-ġimgħa, it-trasformazzjoni diġitali ma tistax titħalla għal riħha. Irridu niżguraw li d-drittijiet tagħna, il-privatezza u l-protezzjonijiet ikunu l-istess online daqs kemm huma offline. Li nistgħu lkoll kemm aħna jkollna kontroll fuq ħajjitna u fuq x’jiġri mill- informazzjoni personali tagħna. Li nistgħu nafdaw it-teknoloġija b’ dak li ngħidu u nagħmlu. Li t-teknoloġija l-ġdida ma tiġix b’valuri ġodda. 

Nifhem kompletament li, għal ħafna, it-teknoloġija — u speċjalment dawk li huma l- proprjetarji tagħha — għadha mhix fdata daqs kemm wieħed ikun jixtieq. Nara kif din il- fiduċja tista’ tintilef meta l-pjattaformi online il-kbar jużaw id-data tal-klijenti tagħhom stess mhux kif suppost. Jew meta d-diżinformazzjoni terqed il-ġurnaliżmu responsabbli u l-clickbait isir aktar importanti mill-verità. 

Għalhekk nifhem u nirrispetta r-raġuni għala xi nies huma xettiċi dwar il-qasam tat- teknoloġija, jew saħansitra jiddubitaw minnha u jkunu pessimisti dwarha. U din hija r-raġuni għala nemmen li neħtieġu tranżizzjoni diġitali li hija Ewropea fid-disinn u n-natura tagħha. Tranżizzjoni li terġa’ tibni l-fiduċja fejn tnaqqret, u li ssaħħaħha fejn teżisti. Bħala parti minn 

dan, l-atturi diġitali kummerċjali kbar għandhom jaċċettaw ir-responsabbiltà tagħhom, inkluż li jħallu lill-Ewropej ikollhom aċċess għad-data li jiġbru. It-tranżizzjoni diġitali tal-Ewropa mhijiex dwar il-profitti tal-ftit, iżda l-għarfien u l-opportunitajiet tal-bosta. Dan jista’ jirrikjedi wkoll leġiżlazzjoni fejn xieraq. 

Il-punt huwa li t-tranżizzjoni diġitali tal-Ewropa għandha tipproteġi u tagħti s-setgħa liċ- ċittadini, lin-negozji u lis-soċjetà kollha kemm hi. Għandha twassal biex in-nies iħossu l- benefiċċji tat-teknoloġija f’ħajjithom. Biex dan iseħħ, jeħtieġ li l-Ewropa jkollha l-kapaċitajiet diġitali tagħha stess — kemm jekk huwiex il-quantum computing, il-5G, iċ-ċibersigurtà jew l- intelliġenza artifiċjali (IA). Dawn huma wħud mit-teknoloġiji li identifikajna bħala oqsma għal investiment strateġiku, li għalihom il-finanzjament tal-UE jista’ juża fondi mis-settur nazzjonali u privat. 

Li jsir l-aħjar użu tad-diġitali u tad-data huwa importanti għall-industriji l-kbar daqskemm huwa għall-SMEs. Għalkemm l-akbar ideat ta’ spiss jiġu mill-iċken start-ups, it-tkabbir tal- impriza jista’ jkun biċċa xogħol iebsa għal kumpaniji iżgħar Ewropej fid-dinja diġitali. Aħna rridu l-istart-ups Maltin jibdew igawdu mill-istess opportunitajiet bħall-kontropartijiet tagħhom f’Silicon Valley biex jespandu, jikbru u jattiraw l-investiment. 

Għal dan, ser ikollna bżonn negħlbu l-frammentazzjoni fis-suq uniku tagħna li ħafna drabi hija akbar online milli f’postijiet oħra. Jeħtieġ li ningħaqdu — issa. Mhux billi nsiru kollha l- istess, iżda billi nħaddmu sew l-iskala sew id-diversità tagħna — iż-żewġ fatturi ewlenin ta’ suċċess għall-innovazzjoni. 

U se jkollna wkoll il-ħtieġa ta’ riżorsi li jaqblu mal-ambizzjoni. Għalhekk, fil-Kunsill Ewropew ta’ din il-ġimgħa, se nħeġġeġ baġit modern u flessibbli tal-UE li jinvesti fil-futur tagħna — u fir-riċerka, fl-iskjerament tal-innovazzjoni u fil-ħiliet biex dan isir realtà. 

Dan se jkun meħtieġ jekk irridu li l-Ewropa tkun minn ta’ quddiem nett fl-oqsma bl-aktar potenzjal, bħad-data u l-IA. Din il-ġimgħa, se nressqu l-pjanijiet tagħna għal dawn iż-żewġ oqsma flimkien mal-istrateġija diġitali usa’ tagħna. 

Il-punt tat-tluq dwar id-data dejjem se jkun il-protezzjoni personali. L-Ewropa diġà għandha l- aqwa regoli fid-dinja u issa se nagħtu lill-Ewropej l-għodod li jeħtieġu biex jiżguraw li jkun wisq aktar fil-kontroll. 

Iżda hemm ukoll tip ieħor ta’ data li huwa t-teżor mhux misjub u mhux użat tal-ekonomija tal- ġejjieni li titmexxa mid-data. Qed naħseb dwar id-data anonimizzata dwar il-mobbiltà jew data meteoroloġika miġbura mill-ajruplani, xbihat bis-satellita, iżda wkoll data industrijali u kummerċjali dwar kull ħaġa mill-prestazzjoni tal-magni sal-konsum tal-enerġija. 

Dawn it-tipi ta’ data mhux personali jistgħu jirfdu t-tfassil u l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ġodda, aktar effiċjenti u aktar sostenibbli. U dawn jistgħu jiġu riprodotti prattikament bla ebda spiża. Madankollu, illum, 85 % tal-informazzjoni li nipproduċu qed titħalla mhux użata. Jeħtieġ li dan jinbidel. 

Se niżviluppaw qafas leġiżlattiv u standards operattivi għall-ispazji tad-data Ewropej. Dawn se jippermettu lin-negozji, il-gvernijiet u r-riċerkaturi jaħżnu d-data tagħhom u jaċċessaw data fdata kondiviża minn oħrajn. Dan kollu se jseħħ f’kundizzjonijiet sikuri li joħolqu valur akbar għal kulħadd u jiżguraw redditu ġust għal kulħadd. 

Dawn il-pools ta’ data mbagħad se jixprunaw il-ħidma tagħna biex nippromwovu l-eċċellenza u l-fiduċja fl-intelliġenza artifiċjali fl-Ewropa. L-IA diġà qed tgħin lill-kumpaniji ż-żgħar inaqqsu l-kont tal-enerġija tagħhom, jippermettu trasport aktar ekoloġiku u awtomatizzat, u qed iwasslu għal dijanjożi medika aktar preċiża. 

Biex ngħinu lin-negozji kbar u żgħar jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tal-IA, se ninvestu f’network ta’ ċentri ta’ innovazzjoni diġitali lokali u f’ċentri ta’ eċċellenza għar-riċerka u l-edukazzjoni avvanzata. 

Fl-istess ħin, se naġixxu biex niżguraw li l-IA tkun ġusta u konformi mal-istandards għoljin li l- Ewropa żviluppat fl-oqsma kollha. L-impenn tagħna lejn is-sikurezza, il-privatezza, u t- trattament indaqs fuq il-post tax-xogħol irid jiġi kkonfermat bis-sħiħ f’dinja fejn l-algoritmi jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet. Ser niffukaw l-azzjoni tagħna fuq applikazzjonijiet b’riskju għoli li jistgħu jaffettwaw is-saħħa fiżika jew mentali tagħna, jew li jinfluwenzaw deċiżjonijiet importanti dwar l-impjieg jew l-infurzar tal-liġi. 

L-għan mhuwiex aktar regolamentazzjoni, iżda salvagwardji prattiċi, responsabbiltà u l- possibbiltà ta’ intervent uman f’każ ta’ periklu jew tilwim. Sawwarna b’suċċess industriji oħra — mill-karozzi sal-ikel — u issa se napplikaw l-istess loġika u standards fl-ekonomija l-ġdida mmexxija mid-data. 

Kull ma għidt nista’ niġbru f’terminu wieħed: “is-sovranità teknoloġika”. Dan jiddeskrivi l- kapaċità li l-Ewropa għandu jkollha biex tagħmel l-għażliet tagħha stess, u skont il-valuri tagħha stess, filwaqt li tirrispetta r-regoli tagħha stess. Dan huwa dak li se jgħinna nsiru lkoll ottimisti tat-teknoloġija. 

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Parlament Ewropew approva tliet proposti meqjusa urġenti għal għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi l-iktar milquta mill-Covid-19. L-ewwel proposta approvata hija dik tal-għotja ta’ €37 biljun minn fondi Ewropej għal sistemi tas-saħħa, negozji…

MEUSAC

Waqt li l-każijiet tal-Coronavirus bdew jiżdiedu drastikament, l-Unjoni Ewropea mill-ewwel ħadet miżuri biex tnaqqas l-imxija u l-effetti ħżiena fuq is-soċjetà u fuq l-ekonomiji fl-Ewropa. Sitwazzjoni bħal din, iktar minn oħrajn,…

Unjoni Ewropea

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jippromwovi l-valur tas-solidarjetà, partikolarment permezz tal-volontarjat. Il-Kummissjoni Ewropea ddedikat baġit ta’ €375.6 miljun għal dan il-fond għall-perjodu 2018-2020. Permezz ta’ proġetti finanzjati minn dan il-programm, żgħażagħ…

MEUSAC

Id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza huma prinċipji fundamentali għall-Unjoni Ewropea. Tant hu hekk li għall-perjodu 2014-2020 l-Unjoni Ewropea allokat baġit ta’ €495 miljun għall-implimentazzjoni ta’ proġetti li jippromwovu u jaraw…

Aktar