Kurżitajiet
It-traskuraġni ta’ ħaddieħor issalva familja ta’ 3

Missier, ibnu u t-tfajla tiegħu jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif ġew salvati bit-traskuraġni ta’ ħaddieħor.

Curtis Whitson flimkien ma’ ibnu u t-tfajla tiegħu ddeċidew iqattgħu xi jiem jesploraw ix-xmara Arroyo Seco u d-dintorni meta spiċċaw maqbuda f’mogħdija dejqa bejn il-blat li ntliet bl-ilma.

It-tliet persuni spiċċaw ma setgħux joħorġu minn fejn kienu l-għaliex l-ammont ta’ ilma tant kien żdied li kien wisq perikoluż għalihom biex jiċċaqalqu.

Kien flixkun tal-plastik li sabu mormi li salvalhom ħajjithom – dan wara li naqqxu l-kelma ‘għajjut’ fuqu u kitbu messaġġ fuq biċċa karta li kellhom fuqhom. Whitson qal li waddbu l-flixkun fl-ilma u ttamaw li jinġarr mal-kurrent sakemm jinstab minn xi ħadd.

B’xorti tajba, il-flixkun ivvjaġġa fl-ilmijiet sakemm żewġt irġiel, li ħarġu fuq hike fl-akwati, lemħuħ u ġabruh. Malli fetħu l-flixkun u qraw il-messaġġ ġo fih, ċemplu minnufih lill-awtoritajiet.

Whitson jirrakkonta kif straħ hekk kif sema’ l-ħoss tal-ħelikopter tal-forzi armati u l-għajta tal-bdot li se jiġu salvati. Whitson issa jinsab fuq missjoni personali li jsib liż-żewġt irġiel li għamlu dik it-telefonata tant importanti biex jirringrazzjhom talli salvaw lilu u lill-familtu mill-mewt.

Aħbarijiet Oħra
Sport

B’kollox, ta’ kull sena, jidħlulha madwar 5,000 atleta. U, nhar il-Ħadd, xejn anqas, hekk kif daqstant ieħor mistennija jinġabru fl-inħawi tas-Saqqajja r-Rabat, bil-għan li jaħarqu kalorija jew tnejn. Il-Maratona ta’…

Mużika

Kull nhar ta’ Ġimgħa, fuq Television Malta, fis-7.00pm, jixxandar ‘Magic Malta Music Show’. Programm, ismu miegħu, relatat mal-mużika, u ppreżentat minn Dorian Cassar. Liema preżentatur, għal madwar nofs siegħa, idoqq…

Safar

Persuni li kienu qed jistennew biex imorru vaganza jista’ jkun li jibqgħu b’xiber imnieħer minħabba attivitajiet jew titjiriet li qed jiġu kkanċellati f’diversi pajjiżi bħala prekawzjoni kontra l-imxija tal-coronavirus. F’dan…

Kurżitajiet

Illejla, ‘X’sar minnhom’, jissokta bi programm ieħor, bil-għan li jqanqal xi ftit tan-nostalġija qalb it-telespettaturi ta’ Television Malta billi jerġa’ ‘jagħti l-ħajja’ lil għadd ta’ persuni lokali magħrufa, u li…

Aktar