Budget
It-trasport b’xejn għall-istudenti naqqas mat-3,000 karozza mit-triq

F’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri tal-budget fil-qasam tal-Edukazzjoni, il-Ministru Bartolo qal li hemm aktar 12-il elf tifel u tifla li minn din is-sena bdew igawdu mit-trasport b’xejn għall-iskejjel. Żied li fost dawn hemm mal-ħamest elef student li qabel kienu jitwasslu l-iskola mill-ġenituri. Qal li bil-miżuri tat-trasport b’xejn naqsu mat-tliet elef karozza fit-toroq, b’benefiċċju ekonomiku ta’ €15-il miljun.

“Li qed nippruvaw nagħmlu hu li noħolqu skemi biex inħajru aktar nies li għandhom liċenzja li jistgħu jġorru tfal biex jidħlu f’dawn l-iskemi, għax waqt li hemm problema ta’ nuqqas ta’ vetturi, hemm problema aktar serja ta’ nuqqas ta’ xufiera,” spjega l-Ministru Bartolo.

Il-Ministru Bartolo qal li fl-aħħar ħames snin il-Gvern żied in-nefqa fl-edukazzjoni b’60 fil-mija, filwaqt li ttieħdu miżuri biex naqqsu l-piż tal-ispejjeż fuq il-ġenituri, kemm fl-uniformijiet u anke billi tneħħew il-ħlasijiet għall-eżamijiet tal-Matsec. Il-Ministru qal li l-Gvern ser jagħti spinta biex, fost oħrajn, tiżdied is-sigurtà fl-iskejjel.

“Bħala bidu, dis-sena ħa ninvestu €280,000 biex ikollna persuni apposta biex jgħinu fis-sigurtà fl-iskejjel tagħna. Se nħarrxu l-multi għal min iġib ruħu ħażin mal-edukaturi tagħna. Mhux aċċettabli u ħadd ma jsib kenn għal imġieba ħażina mal-edukaturi,” sostna l-Ministru.

Qal li fl-iskejjel qed jinbnew laboratorji biex mis-sena d-dieħla jibda l-proġett My Journey, biex żgħażagħ fis-sekondarja jitgħallmu suġġetti b’mod prattiku f’suġġetti bħall-midja, in-negozju u s-saħħa soċjali, fost oħrajn.

Il-Gvern qed jaħseb biex jiftaħ skola nazzjonali għall-futbol. Is-Segretarju Parlamentari għall-Isports, Clifton Grima, qal li din l-iskola se jkollha l-għan li ttejjeb il-ħiliet ta’ aktar tfal Maltin fil-futbol.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fir-residenza San Vincenz De Paule, beda x-xogħol fuq it-tieni fażi tal-kumpless Rużar Briffa li qed isir b’investiment ta’ disa’ miljun ewro. F’din il-fażi se jiġu rinnovati tliet iswali u l-foyer…

Stejjer Umani

Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz de Paul, Josianne Cutajar, qalet li wieħed minn kull għaxar anzjani fir-residenza ma jżurhom ħadd. Dr Cutajar qalet li s-soluzzjoni ma tinstabx fi żjara f’xi…

Festi

Dħalna sew issa fi żmien il-Milied. Fil-knejjes illum bdiet in-novena, il-postijiet tad-divertiment qed ikunu miżgħuda attivitajiet bejn il-ħbieb, u ċ-ċentri kummerċjali qed ikunu ppakkjati bin-nies jixtru ħwejjeġ għalihom u rigali….

Lokali

Tintemm uffiċjalment illejla s-sena li matulha l-belt kienet il-kapitali Ewropea tal-kultura bl-attività “L-Aħħar Festa” li tibqa’ sejra sa tard ħafna illejla. Valletta 2018 iżda se tibqa’ għaddejja permezz ta’ numru…

Aktar