Qasam soċjali
It-trasport għall-anzjani jinfirex fi tmien lokalitajiet oħra

Is-servizz ta’ trasport għall-anzjani fil-lokalità ġie estiż fi tmien lokalitajiet oħra bil-pjan tal-Gvern hu li ‘l quddiem jinfirex ma’ Malta u Għawdex kollha.

L-anzjani li jgħixu l-Imġarr, il-Fgura, Santa Luċija, Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, il-Gudja, Ħad-Dingli u Tal-Pietà issa jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz – b’vettura tmur għalihom id-dar, twassalhom għall-qadja li jkollhom, u terġa’ teħodhom lura.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabilità, Silvio Parnis, qal li s-servizz Silver-T beda fl-2018 permezz ta’ vettura bi tliet roti magħrufa bħala tuk tuk, u issa se jibda jingħata permezz ta’ karozza.

Qal li bħalissa qed issir sejħa għall-offerti biex dan is-servizz jingħata wkoll permezz ta’ vannijiet żgħar elettrici – li jkunu aċċessibbli anke għall-anzjani bi problema ta’ mobilità.