Trasport
It-Trasport Pubbliku b’servizz speċjali llejla għall-Isle of MTV

Il-Malta Public Transport se tipprovdi rotot speċjali mill-Belt wara l-kunċert Isle of MTV illejla, it-Tlieta 9 ta’ Lulju 2019. Is-servizz speċjali jkopri ż-żoni kollha madwar Malta permezz tar-rotot imsemmija hawn taħt:

Rotta S10 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A2 fil-23:00, 23:45, u 00:30 lejn il-Kalkara u tgħaddi mill-Floriana, il-Blata l-Bajda, il-Marsa, Raħal Ġdid, Għajn Dwieli, l-Isla, Bormla, il-Birgu, u x-Xgħajra.

Rotta S20 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A3 kull 30 minuta bejn 23:00 u 00:30 lejn l-Imsida u tgħaddi mill-Floriana, Tal-Pietà, il-Gżira, l-Imrabat, San Ġwann, Taż-Żwejt, il-Kappara, u Tal-Qroqq.

Rotta S30 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A4 kull 15-il minuta bejn 23:00 u 01:00 lejn Buġibba u tgħaddi mill-Floriana, Tal-Pietà, l-Imsida, Tal-Qroqq, il-bypass ta’ Birkirkara, Ħal Lija, l-Iklin, Ħal Għargħur, in-Naxxar, il-Mosta, Tarġa Gap, u Burmarrad.

Rotta S40 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A6 fil-23:30, 23:45, u 00:30 lejn Għajn Tuffieħa u tgħaddi mill-Floriana, Tal-Pietà, l-Imsida, Tal-Qroqq, il-Wied ta’ Birkirkara, Ħal Lija, il-Mosta, Tarġa Gap, l-Imġarr, u l-Manikata.

Rotta S41 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A5 kull 15-il minuta bejn 23:00 u 00:30 lejn iċ-Ċirkewwa u tgħaddi mill-Floriana, Tal-Pietà, l-Imsida, Tal-Qroqq, bypass ta’ Birkirkara, Ħal Lija, il-Mosta, Tarġa Gap, Burmarrad, San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija, il-Mellieħa, u l-Għadira.

Rotta S50 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A7 kull 15-il minuta bejn 23:00 u 00:30 lejn Rabat u tgħaddi mill-Floriana, il-Ħamrun, Santa Venera, l-Imrieħel, Ħ’Attard, Ta’ Qali, is-Saqqajja, ir-Rabat Interchange, l-Imtarfa, ir-Rabat Vjal il-Ħaddiem, u Ħad-Dingli.

Rotta S60 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A8 20 minuta bejn 23:00 u 00:00 bl-aħħar vjaġġ fin-00:30 lejn is-Siġġiewi u tgħaddi mill-Floriana, il-Ħamrun, il-Marsa Park & Ride, Ħal Qormi San Sebastjan, Ħal Qormi San Edwardu, Ħal Qormi Poliklinika, Triq l-Imdina, u Ħaż-Żebbuġ.

Rotta S70 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A9 kull 20 minuta bejn 23:00 u 00:00 bl-aħħar vjaġġ fin-00:30 lejn l-Imqabba u tgħaddi mill-Floriana, l-Blata l-Bajda, il-Marsa, San Vinċenz de Paul, Ħal Luqa, Ħal Kirop, Ħal Safi, iż-Żurrieq Xarolla, iż-Żurrieq Blue Grotto, iż-Żurrieq Ċentru, u l-Qrendi.

Rotta S80 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A10 kull 20 minuta bejn 23:00 u 00:40 lejn il-Gudja u tgħaddi mill-Floriana, il-Blata l-Bajda, il-Marsa Park & Ride, il-Marsa Aldo Moro, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, Bulebel, iż-Żejtun, Bir id-Deheb, Marsaxlokk, Birżebbuġa, u Ħal Għaxaq.

Rotta S90 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A11 kull 20 minuta bejn 23:00 u 00:40 lejn Marsaskala u tgħaddi mill-Floriana, il-Blata l-Bajda, il-Marsa, Raħal Ġdid, il-Fgura, Ħaż-Zabbar, u Triq il-Qaliet Marsaskala.

Rotta N13 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfiet A12 u A13 skont id-domanda lejn Pembroke Park & Ride u tgħaddi mill-Floriana, Tal-Pietà, l-Imsida, il-Gżira, ix-Xatt ta’ Tas-Sliema, Triq it-Torri Tas-Sliema, Spinola, San Ġiljan, u Paceville.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Mat-twaqqif tad-Dar tal-Kleru – residenza għal saċerdoti anzjani jew morda – twaqqfet ukoll il-komunità tas-Sorijiet imsejħa”Qaddejja taċ-Ċenaklu” li ilhom ħamsa u ħamsin sena jiddedikaw ħajjithom għas-saċerdoti f’din id-dar. TVM żar…

Lokali

Tibda l-ġimgħa li twassal biex jitla’ s-siparju fuq waħda mill-eqdem ċelebrazzjonijiet f’Malta . . . il-Karnival. Il-karru ewlieni, li juri r-Re tal-Karnival, ser ikun sar mill-istess idejn li ħadmu fuq…

Lokali

“Sunrise” – a socio contemporary comedy and monologue has opened. Humorous at times, this production is being staged at a theatre in Valletta. Described by The Guardian UK as an…

Lokali

Għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività qed jiġu ċċelebrati b’diversi proġetti fl-Ispazju Kreattiv il-Belt kif ukoll bi pjani biex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-kreattività. Matul din is-sena qed jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif…

Aktar