Lokali
“It-turiżmu f’pajjiżna se jirritorna lura għan-normal wara li jgħaddi kollox” – MHRA

B’reazzjoni għall-istorja ppubblikata fuq il-ġurnal Times of Malta, li fiha intqal li pajjiżna se jitlef €3 biljun mis-settur tat-turiżmu, u li se jwassal għat-telf ta’ 50,000 impjieg, l-MHRA qalet li dan in-numru huwa wieħed esaġerat.

Spjegat kif pajjiża se jkun qed jitlef żewġ biljuni, u mhux tlieta. Dan waqt li qalet li huwa kmieni wisq li wieħed ikun jaf kemm se ddum għaddeja din il-pandemija, u b’hekk sejjħet “sensazzjonali” il-parti tal-istorja li fiha intqal li se jintilfu 50,000 impjieg.

Qalet li flimkien mal-Gvern, qed taħdem biex jiġu salvagwardjati kemm jista’ jkun impjiegi bil-għan li meta jgħaddi kollox, is-settur tat-turiżmu jerġa’ jqum fuq saqajh mill-iktar fis possibbli, u jkompli fejn ħalla fil-ġimgħat li għaddew.

L-MHRA elenkat ukoll li l-miżuri li qed jieħu l-Gvern, primarjament dawk ekonomiċi, se jwasslu biex dan ikun possibbli, waqt li faħħret l-istess miżuri u qalet li huma fl-istess linja ta’ pajjiżi oħrajn.

Aħbarijiet Oħra

Mara ta’ 36 sena li kienet se twelled tarbija b’ċesarja rriżultat pożittiva għall-Coronavirus. Dan qalitu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci f’konferenza tal-aħbarijiet, li fiha żvelat li llum hemm 7…

COVID-19

Tħabbru 7 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta bin-numru totali ta’ infettati issa tela’ għal 202. Waqt konferenza tal-aħbarijiet is-Supertendent għas-Saħħa Charmaine Gauci qalet li fl-aħħar 24 siegħa saru 749 swab…

Bħala parti mill-istrateġija biex pajjiżna ikun ippreparat għall-każijiet severi tal-Coronavirus, f’Mater Dei waslu iktar ventilators li se jintużaw fl-eventwalità li l-pazjenti jippreżentaw sintomi severi tal-virus. Fi żjara f’ Mater Dei,…

COVID-19

Is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, se tkun qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet fin-12:30. Il-Professur Gauci se tkun qed titkellem dwar l-aħħar aġġornamenti relatati mal-imxija tal-Coronavirus f’Malta.

Aktar