Qorti
Itih daqqa ta’ ponn wara li ma ħallasx il-kirja

Antoine Saliba, ta’ 36 sena nstab ħati li kkaġuna ferita ħafifa fuq Joseph Borg u lliberatu bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sitt xhur.

Fil-Qorti rriżulta li ż-żewġt irġiel kellhom argument wara li Borg ma ħallasx il-kera u ntalab joħroġ mill-proprjetà tal-ġenituri l-imputat.

Minn filmati u ritratti ppreżentati mill-Qorti ġie stabbilt li kien Saliba li ta l-ewwel daqqa ta’ ponn lil Borg u laqtu f’għajnejh.

Intqal ukoll li Saliba kellu diversi ġrieħi ta’ natura gravi.