Lokali
Itma’ familja – Għin lill-missjunarji Maltin fil-ħidma tagħhom mal-foqra

Grupp ta’ missjunarji li ħallew art twelidhom u ‘l qrabathom f’Malta jistrieħu fuq il-qalb tajba tal-Maltin biex ikomplu b’ħidmiethom mal-fqar fil-Perù, il-Pakistan u l-Filippini. Bħalissa, minħabba l-Coronavirus u r-restrizzjonijiet li għadhom fis-seħħ f’dawn il-pajjiżi, il-piż fuq dawn il-missjunarji żdied!

L-akbar ħtieġa hi għal fondi biex jixtru ikel bażiku għal ħafna nies li tilfu l-ftit xogħol li kellhom. Iżda dwar ħidmet il-patrijiet ta’ ordni reliġjuża mwaqqfa f’Malta: is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, TVM tkellem ma’ Fr Louis Mallia fit-tieni jum tal-maratona “Oħloq Tbissima”.