Kurżitajiet
Ittanta jaħraq brimba u spiċċa qabbad id-dar kollha

Raġel f’Kalifornja li allegatament uża ‘blowtorch’ biex joqtol brimba kbira, spiċċa biex ħaraq l-appartament kollu. L-inċident seħħ il-Ħadd li għadda fi blokka appartamenti fit-tramuntana ta’ Kalifornja, fl-Istati Uniti.

Persuna li kienet fl-appartament meta qabad in-nar qalet lill-midja li l-brimba ħadet in-nar, iżda baqgħet tiġri mal-appartament, bil-konsegwenza li firxet in-nar ma’ kullimkien. Intqal li l-brimba kienet tat-tip ‘wolf spider’.

Il-blokka kollha ġiet evakwata, u b’xorti tajba ħadd ma weġġa’.

 

Aħbarijiet Oħra
Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Il-mużika kulħadd iħobbha. Imma mhux kulħadd iħobb l-istess ġeneru. Fil-programm tiegħi fuq ir-radju ndoqq mużika popolari, l-aktar dik tas-snin tmenin. Iżda la tkun…

Barranin

Hekk kif ir-Renju Unit jinsab fuq l-għatba biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, il-qiegħa qed tisħon sew, anki fost il-pubbliku. Nies b’fehmiet differenti ħarġu fit-toroq biex jipprotestaw jew jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-politiċi,…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Meta konna żgħar, għall-bidu ta’ Novembru, tal-iskola kienu jagħtuna kaxxa tal-kartun kemmxejn ċatta, qisha gabarrè kbir li fiha kien ikollna ħafna pepprin tal-karta…

Aktar