Barranin
ARA: Ittantat tieħu ritratt ma’ ors iżda malajr reġa’ bdielha!

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq.

Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib l-ors bit-tama li tieħu ritratt miegħu.

L-ors iżda jidher li ma kienx tal-istess idea, u hekk kif qabdet tersaq lejh ta s-salt lejha. Il-mara pront lebbtet ‘il bogħod minnu, u ma reġgħetx ppruvat tersaq lejh!

Ara l-filmat hawn.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-gżira ta’ Mauritius iddikjarat stat ta’ emerġenza wara li bastiment li nkalja ‘il barra mill-kosta fil-25 ta’ Lulju li għadda, beda ħiereġ iż-żejt minnu. Il-membri tal-ekwipaġġ tal-MV Wakashio ġew evakwati…

Barranin

Mill-inqas 17-il persuna mietu wara li ajruplan tal-linja tal-ajru Air India Express iġġarraf fl-ajruport b’190 passiġġier abbord fl-istat ta’ Kerala fl-Indja. L-ajruplan tal-għamla Boeing 737 li kien nieżel fl-ajruport ta’…

Barranin

It-traġedji jħallu dejjem vittmi innoċenti. L-istess l-isplużjoni ta’ nhar it-Tlieta fil-port tal-kapitali Lebaniża, Beirut, li tertqet belt sħiħa u ħalliet daqs ftit inqas mill-popolazzjoni ta’ Malta mingħajr saqaf fuq rashom…

Barranin

Il-każi tal-COVID-19 fl-Afrika qabżu l-miljun. Dan jirriżulta mill-Unjoni Afrikana li qiegħda ssegwi l-imxija tal-virus fil-kontinent. Hija esprimiet it-tħassib tagħha dwar in-nuqqas ta’ ttestjar fl-Afrika li qalet qiegħed iwassal għal stampa…

Aktar