Barranin
Ittella’ lil missierha l-qorti

Il-kantanta popolari Rihanna tellgħet lil missierha l-qorti fl-Istati Uniti fejn qed takkużah li sfrutta u għamel użu minnha u minn isimha biex jagħti spinta lin-negozju tiegħu.

Rihanna akkużat lil Ronald Fenty u l-partner fin-negozju miegħu li użaw isimha f’konnessjoni man-negozju tagħhom li jispeċjalizza fil-qasam tad-divertiment.

In-negozju ta’ missierha – Fenty entertainment – ġie assoċjat ukoll mad-ditta tal-makeup tal-kantanta magħruf bħala Fenty.

Rihanna, li m’għandhix relazzjoni tajba ma’ missierha, qed takkużah li qed juża l-fama u s-suċċessi li kisbet għall-iskopijiet kummerċjali tiegħu.

Il-kumpanija Fenty Entertainment inħolqot fl-2017 u s-sit tan-negozju jirriklama li l-kumpanija ġiet inawgurata maċ-ċelebrità Rihanna minkejja li hi qatt ma kienet involuta.

Fil-qorti ntqal ukoll li l-kumpanija daħlet fi ftehim mal-kantanta biex tagħti l-prestazzjoni tagħha fi 15-il show għal $15miljun mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għalkemm il-qamar mhux sors dirett ta’ dawl għaliex jirrifletti d-dawl tax-xemx, il-qamar kwinta fil-15 ta’ Awwissu, dawwal il-kastell famuż Grieg Koroni. Kif tela, l-qamar mhux biss xegħel il-baħar ta’ taħtu…

Barranin

Il-kunsill militari tas-Sudan u l-alleanza ċivili fl-Oppożizzjoni ffirmaw ftehim li bih se jinqasam il-poter. Il-ftehim se jara t-twaqqif ta’ kunsill ġdid biex jigverna li jkun jinkludi kemm membri pajzana u…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong niżlet fit-toroq ewlenin tad-distrett Mong Kok biex iżomm lid-dimostranti li nġabru barra l-għassa tal-pulizija. Wara li skalat il-vjolenza fl-aħħar jiem, id-dimostrazzjonijiet ta’ tmiem din il-ġimgħa huma kruċjali…

Immigrazzjoni

Il-fundatur u direttur tal-vapur tal-għaqda mhux governattiva Spanjola Open Arms li jinsab wieqaf ‘il barra mill-kosta tal-Italja qal li ma jistax jigarantixxi aktar is-sigurtà tal-134 immigrant abbord wara li l-vapur…

Aktar