Qorti
Ittieħdet azzjoni meta waslet biex nifditu b’sikkina

Fil-Qorti nstema’ l-każ ta’ mara ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar akkużata li nifdet lill-żewġha b’sikkina fl-istonku.

L-akkużata dehret quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella fejn tqajjmu l-mistoqsijiet l-għaliex qatt ma ttieħdet azzjoni hekk kif il-mara kienet ilha żmien tirrapporta lil żewġha fuq vjolenza domestika lill-Pulizija .

Jidher li l-koppja kellhom argument li eskala biex il-mara u r-raġel spiċċaw f’żewġ ċentri għas-saħħa għall-kura. Il-mara kellha ġrieħi serji f’wiċċha mentri r-raġel sostna ġrieħi gravi fl-istonku wara li tniffed b’sikkina. Minkejja l-ġrieħi, ir-raġel ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

L-imputata qalet li mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha u talbet għall-ħelsien mill-arrest u ordni ta’ protezzjoni.

Il-Qorti wieġbet li jekk tixtieq il-protezzjoni, il-mara għandha ssibha f’ċella fil-ħabs u li dak li qed isofri l-aktar minn din l-istorja kollha huwa żewġha.

L-Avukat Stefano Filletti, li deher għall-imputata, qal li l-mara, minkejja li għamlet diversi rapporti ta’ vjolenza domestika mal-pulizija, hija qatt ma ngħatat għajnuna u widen u dak li ġara kien għaliex iddefendiet lilha nnifisha minn theddida serja. L-Avukat Filletti qal ukoll li jekk l-imputata tispiċċa l-ħabs ser ibati fl-aħħar mill-aħħar binha ta’ 7 snin li għandu diżabbiltà.

Il-Qorti ddeċidiet li teħles lill-mara mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €3,000. L-imputata ġiet imwissija li ma tistax tersaq lejn żewġha għal 3 snin u avżatha biex tinforma lill-Pulizija jekk huwa jersaq lejha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ir-reklużjoni ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għadha meħtieġa? Fl-opinjoni tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta, il-Professur Andrew Azzopardi, ir-reklużjoni għandha titneħħa għal kollox. Iżda f’għajnejn l-opinjonista Malcolm Seychell,…

Saħħa

Il-mediċina tradizzjonali Ċiniża bdiet eluf ta’ snin ilu, iżda għadha mfittxija sal-lum il-ġurnata, inkluż f’Malta. Eluf ta’ Maltin fl-aħħar snin fittxew it-trattamenti tradizzjonali Ċiniżi fiċ-ċentru mediku Ċiniż. Bl-iffirmar ta’ protokol…

Kronaka

Ir-residenti tal-blokk appartamenti f’Ħal Qormi, fejn seħħ in-nar dalgħodu, ingħataw is-serħan tal-moħħ li jistgħu jibqgħu jgħixu f’darhom. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ikkonferma li wara li l-Awtorità tad-Djar ħadet…

Qorti

Wieħed minn persuni arrestati waqt party fir-Rabat fil-lejl ta’ Santa Marija l-ġimgħa l-oħra, baqa’ miżmum arrestat wara li ġie akkużat li kellu 66 qartas b’sustanza bajda allegatament droga. L-Ingliż, Ralph…

Aktar