Lokali
“Ittieħed l-ITU wara li żviluppatlu infezzjoni fid-demm” – il-familja Arrigo

Il-familja Arrigo qalet li l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Robert Arrigo, iddaħħal l-isptar il-Ġimgħa li għadda wara li kellu wġigħ li kien jindika li kien attakk tal-ġebla tal-kliewi.

F’kitba fuq Facebook, il-qraba tad-Deputat Arrigo spjegaw li s-Sibt, qabel ma seta’ jiġi operat, huwa ittieħed fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei wara li żviluppatlu infezzjoni fid-demm.

Il-familja Arrigo rringrazzjat lil dawk kollha li awguraw lill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista fejqan ta’ malajr u talbet biex il-privatezza tal-familja tiġi rrispettata f’dan il-mument diffiċli.