Ittorturat, qatlet u żammet fil-friża l-katavri ta’ uliedha għal snin – ma tħoss ebda rimors

Mara minn Detroit ġiet ikkundannata għall-ħajja fil-ħabs wara li ttorturat, qatlet u żammet fil-friża l-katavri ta’ uliedha.

Mitchelle Blair ta’ 36 sena ammettiet fil-Qorti li ttorturat u qatlet lil bintha Stoni Ann ta’ 13-il sena u lil binha Stephen Gage ta’ 9 snin u li ta’ dan ma tħoss ebda rimors.

mitchellBlair xehdet li wara li qatlet lil binha f’Awwisu tal-2012, hija geżwritu f’liżar u poġġietu fil-friża. Hija ammettiet li tagħtu daqqiet ta’ ponn, ġegħlitu jixrob deterġent u li samtitlu l-parti privata tiegħu. Wara qabditu minn għonqu b’ċintorin u poġġietlu basket fuq rasu sakemm intilef minn sensih. Disa’ xhur wara hija qatlet lil bintha billi fgatha f’borża tal-plastik u wara qabdet lil bintha l-oħra titfagħha fil-friża fejn ħuha.

Il-Maġistrat fil-każ qal li jitlob li uliedha xi darba jirkupraw minn dak li raw u ġarrbu filwaqt li akkuża l-omm li imponiet il-piena tal-mewt fuq uliedha f’dik li sejħilha “id-dar tal-orrur”.

L-awtoritajiet sabu l-katavri ta’ uliedha fil-friża tad-dar fejn kienu ilhom għal aktar minn sena, f’Marzu li għadda. Iż-żewġt ulied l-oħra ta’ 11 u 17-il sena tpoġġew taħt kustodja protettiva. Huma wkoll qalu li kienu jiġu msawta mill-omm regolarment.

L-awtoritajiet kienu investigaw allegazzjonijiet ta’ abbuż fl-2002 u fl-2005 iżda l-omm kienet ingħatat permess iżżomm il-kustodja tat-tfal.

Ftit qabel ġiet arrestata hija kienet qalet fuq Facebook li, “ma jeżisti xejn isbaħ mill-fatt li tkun omm.”

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Interpol qalet li waqt operazzjoni marittima li kkordinat fil-Mediterran, identifikat aktar minn 12-il suspettat terrorist barrani li qed jivjaġġa fil-Mediterran. L-aġenzija globali tal-pulizija bbażata fi Franza fi stqarrija kompliet tgħid…

Barranin

Booking.com qed tqarraq bil-konsumaturi li jirrikorru biex jibbukkjaw xi lukandi jew appartamenti onlajn. Dan qalitu l-għaqda Which? li investigat lill-kumpanija flimkien ma’ 5 oħra biex tevalwa jekk il-klijenti humiex qed…

Barranin

Tliet uffiċjali għolja ma nstabux ħatja ta’ traskuraġni mill-Qorti tal-Ġappun, fl-uniku każ kriminali marbut mad-diżastru tal-impjant nukleari Fukushima tmien snin ilu. Meta fl-2011 tsunami laqat l-impjant ta’ Tokyo Electric Power,…

Barranin

Mara fl-Afrika t’Isfel saqet bil-Pulizija fuq il-bonnet biex tevita li taqla’ ċitazzjoni. Il-filmat inqabad minn persuni li kienu għaddejjin mill-karreġġjata ta’ biswitha. Il-mara, li għandha 27 sena, allegatament saqet bil-Pulizija…

Aktar