Knisja Maltija
Ittra Pastorali dwar iż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta

L-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet Maltin dwar iż-żjara tal-Papa fostna bit-titlu ‘Ejjew Nilqgħu b’Qalb Kbira lill-Papa Franġisku’ ssejjaħ bħala grazzja kbira iż-żjara tiegħu f’Malta.

L-ittra pastorali titkellem dwar ir-riflessjonijiet tal-Papa meta x-xahar li għadda kellu kliem sabiħ ħafna fuq il-Maltin li elfejn sena ilu laqgħu lil San Pawl b’qalb kbira.

Tirreferi kif dan l-apprezzament tal-Papa Franġisku għall-Maltin wassal għat-tema magħżula għaż-żjara tiegħu – Ġabu Ruħom Magħna Bi Ħlewwa Liema Bħalha meħuda mill-atti tal-appostli. L-isqfijiet jgħidu li Malta trid turi l-apprezzament tagħha lill-Papa Franġisku u tilqgħu f’qalbha biex jgħin lill-Maltin kollha jagħrfu xi tfisser ħajja imprezzabli quddiem l-isfidi ta’ żmienna.

L-ittra pastorali ssemmi x-xewqa tal-Papa Frangisku li jiltaqa mal-immigranti bħalma għamel f’postijiet oħra fil-Mediterran. Fi kliem l-isqfijiet il-Maltin għandhom jagħtu xhieda li ma tezistix biss l-ostilità u l-indifferenza imma li kull persuna hija prezzjuża quddiem Alla.

Żiedu jgħidu li lill-Papa Franġisku, il-Maltin għandhom juruh li għall-insara li jemmnu f’Ġesu Kristu kull ħajja umana hi prezzjuża u trid titħaddan bi mħabba u tenerezza – kemm jekk għadha fil-bidu tagħha meta titnissel, kif ukoll f’kull fażi tagħha sal-mewt naturali.

L-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqfijiet Mario Grech u Joseph Galea-Curmi itemmu jgħidu li ż-żjara tal-Papa għandha tgħinna nissaħħu fil-fidi ta’ Kristu biex ngħixu b’konvinzjoni ħajja integra, onesta u ta’ verità u ngħaddu dawn il-valuri li ġenerazzjonijiet li jmiss.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Ekonomija u Finanzi

Sal-aħħar ta’ Diċembru li għadda, il-Gvern kellu surplus ta’ €9,400,000 fil-fond konsolidat, filwaqt li f’Diċembru tal-2018, il-fond konsolidat kellu defiċit ta’ aktar minn €70 miljun. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li…

Lokali

Fl-2018, Malta kellha t-tieni l-akbar tnaqqis fl-għoti taċ-ċittadinanza waqt li l-akbar numru ta’ ċittadini barranin li kkwalifikaw għaċ-ċittadinanza Maltija kienu mir-Renju Unit. Skont ċifri tal-Eurostat, fl-2018, Malta tat iċ-ċittadinanza tagħha…

Qorti

Omar Calleja ta’ 32 sena ġie kkundannat 20 xahar ħabs wara li nstab ħati b’serqa minn ħanut tax-xorb fl-Imsida. Fil-Qorti, l-akkużat li qal ma jaħdimx u joqgħod il-Għargħur, ġie mixli…

Aktar