Qorti
Ittra ta’ Melvin Theuma timplika lil Schembri u Fenech fil-qtil ta’ Caruana Galizia

F’rapport fit-Times of Malta, ġiet ippubblikata ittra li qed jingħad instabet fid-dar tan-negozjant Yorgen Fenech, li jinsab akkużat bħala l-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-ittra miktuba bl-idejn, allegatament inkitbet minn Melvin Theuma, li ngħata l-maħfra għax qal li kien l-intermedjarju fil-każ, timplika kemm lil Yorgen Fenech u lill-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Inizjalment jallega li dawn ippjanaw u ffinanzjaw il-qtil ta’ Caruana Galizia lura f’Ottubru tal-2017 għalkemm sorsi qalu li dan ma kkonfermax fl-interrogazzjoni mal-pulizija.

Fl-ittra, li inkisbet mill-ġurnal Times of Malta, Theuma jgħid li jibża li se jiġi “eliminat”, u li kien għalhekk li kiteb dil-ittra, minħabba li fi kliemu, “l-istess tnejn min-nies Yorgen Fenech u Keith Schembri kienu qed jaħdmu biex jeħilsu minnu.” Qal li jekk dan iseħħ, ried li kulħadd ikun jaf l-istorja kollha.

Fil-ittra, li hija mingħajr data, Theuma jżid jgħid li mal-ittra kien qed jibgħat recordings, flimkien ma’ ritratt tiegħu ma’ Keith Schembri f’Kastilja.

Żied jgħid li Keith Schembri, li fl-ittra isejjahlu ‘il-Kasco’, taħ xogħol mal-Gvern. Liema xogħol, skont Theuma, itteħidlu wara li Keith Schembri “kien lest minnu.”

Ir-rapport fil-ġurnal jgħid kif skont sorsi, meta interrogat mill-Pulizija, Melvin Theuma ammetta li kiteb l-ittra. L-istess rapport jgħid kif Theuma qal lill-Pulizija li hu kien semma lil Keith Schembri biex “ibeżża'” lil Yorgen Fenech. Meta pressat dwar Keith Schembri, Theuma qal li ma jafx eżattament jekk dan kienx involut fil-qtil, iżda semmieh għax assuma li dan kien il-każ.

 

Ritratt: Times of Malta

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Lokali

Il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment se jingħalaq u l-aġenti ġew infurmati biex ma jaċċettawx iżjed applikazzjonijiet. Minflok ser isiru regolamenti ġodda dwar ir-residenza b’żewġ saffi. Saff minhom jagħti dritt lil persuni li…

Aktar