IVA: l-Ornis sejjes id-deċiżjoni li jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa fuq rapport xjentifiku

Il-kamp favur il-kaċċa fir-rebbiegħa, ‘Iva bħala Maltin u Ewropej’, qal fi stqarrija li kif seħħ is-sena li għaddiet, il-kumitat Ornis ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq rapport xjentifiku li tħejja mill-Wild Birds Regulation Unit li kkonkluda li x-xejriet tal-popolazzjoni tal-gamiem u s-summien huma stabbli.

Fl-istqarrija ntqal li kuntrarju għall-impressjoni li qed tingħata mill-kamp kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa,il-popolazzjoni tal-gamiem u s-summien ma naqsitx b’mod drammatiku madwar l-Ewropa. Qalu li kieku dan gara, il-Kummissjoni Ewropea kienet tieħu l-azzjoni meħtieġa.

Qalu wkoll li l-kalkoli tal-kamp tal-le m’humiex realistiċi, fosthom li l-gamiem u summien li jpassu fil-ħarifa huma iktar mir-rebbiegħa u għaldaqstant huma alternattiva għal kacca f’April.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-għan taċ-ċentru interattiv tax-xjenza, Esplora, hu li jservi ta’ pont bejn it-teorija u l-prattika. Iċ-ċentru fil-Kalkara ppreżenta l-programm edukattiv għas-sena skolastika li ġejja lill-għalliema, li ngħataw preżentazzjoni dwar il-faċilitajiet u…

Kultura

Fil-Villa Schinas, f’Tas-Sliema, grupp ta’ żgħażagħ Slimiżi għaddejjin bit-tħejjijiet għad-dramm Demm il-Parrucchier, produzzjoni teatrali li ser tfakkar lil Manwel Attard, wieħed mill-vittmi tal-irvellijiet li seħħew fis-7 ta’ Ġunju, ta’ mitt…

Lokali

Ġuvni ta’ 16-il sena weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qiegħed fuq pont. Kien ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-10, meta l-Pulizija tal-Għassa Rabat ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li…

Edukazzjoni

Fix-xhur tas-sajf, meta ħafna mill-iskejjel ikunu baħħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa l-okkażjoni jwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ u faċilitajiet ġodda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Ħafna…

Aktar