Qorti
Ivan Camilleri u edituri tat-Times immultati €9,000 f’kawża ta’ libell

L-eks ġurnalist ta’ Times of Malta Ivan Camilleri, u l-edituri Mark Wood u Herman Grech tilfu kawża ta’ libell li fetaħ kontrihom l-Imħallef Emeritu Philip Sciberras. Fil-fatt dawn it-tlieta ntalbu jħallsu €9,000 f’danni lil Sciberras.

F’artiklu ppubblikat fuq il-mezzi tal-ġurnal imsemmi f’Marzu tal-2018, Ivan Camilleri kien allega li Philip Sciberras kien qed jieħu pensjoni li ma kienx intitolat għaliha u li kien hemm indħil politiku biex isir dan. Dawn l-allegazzjonijiet kienu ġew investigati u miċħuda mill-Awditur Ġenerali, fejn dan kien ikkonkluda li l-pensjoni mogħtija lilu kienet regolari u ġustifikata.

Camilleri kien qal li Sciberras, apparti li jieħu l-pensjoni bħala eks Imħallef, u l-pensjoni nazzjonali, applika għal pensjoni ta’ Membru Parlamentari, wara li serva għal xi snin f’dan l-irwol. Sciberras kien ġie elett fil-Parlament b’elezzjoni każwali matul il-leġiżlatura tal-1976 biex ħa l-post vakanti ta’ Ġużè Abela. Hu kien reġa’ ġie elett fl-elezzjoni ġenerali tal-1981.

Il-Qorti fil-kunsiderazzjonijiet tagħha qalet li Sciberras huwa eks ġudikant b’karriera twila li jgawdi minn reputazzjoniji għolja u li l-allegazzjonijiet li saru fuqu f’dawn l-artikli kienu ta’ natura serja ħafna.

Il-Maġistrat innota wkoll li l-ġurnal fl-ebda stadju m’għamel xi forma t’apoloġija, anke meta matul il-kawża il-fatti bdew juru stampa differenti minn dak irrapurtat fl-artikli.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Victor Axiak, sabet l-artikli ppubblikati fuq The Sunday Times of Malta, u fuq is-sit tat-times bħala libellużi, u kkundannat lil Ivan Camilleri u l-edituri Mark Wood u Herman Grech jħallsu s-somma ta’ €9,000.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Knisja f’Malta llum tiċċelebra l-festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani. Il-ġurnata tal-festa kienet intgħażlet mill-Papa Ġwanni Pawlu II meta bbeatifika l-ewwel tliet Maltin f’ċerimonja fuq il-Fosos tal-Floriana f’Mejju tas-sena 2001. Il-ġurnata…

Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Stejjer Umani

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid…

Aktar