COVID-19
IVF: Estensjoni ta’ 6 xhur għal dawk li jinsabu fl-età massima

Il-proċeduri għall-IVF jinsabu ffriżati għal kollox kawża tal-COVID19. Il-kap tal-awtoritàa għall-protezzjoni tal-embrijun qalet li ttieħdu miżuri biex dawk li jinsabu fl-età massima li fiha jistgħu jinqabdu tqal bl-IVF, jingħataw estensjoni ta’ sitt xhur.

Is-servizzi tal-IVF li jingħataw minn Mater Dei u minn kliniċi privati twaqqfu temporanjament fid-dawl tal-imxija tal-Covid-19.

Il-kap tal-awtorità għall-protezzjoni tal-embrijun, Simone Attard, qalet lil Television Malta li l-awtorità mxiet b’galbu biex ma tkomplix toħloq tbatija emozzjonali fuq min kien beda l-proċeduri.

“Min kien beda fi proċess fejn stajna nagħmlu oside picking, iġifieri nigbru l-bajd tal-mara, dawk il-proċessi tkomplew kollha. L-aħħar proċess sar fl-ewwel ta’ April. Li ma bdejniehx hu proċessi ġodda. Kull min kellu proċess li kien beda, sar il-proċess u ġew iffriżati l-gameti u l-embrijuni u kif jgħaddi COVID19 il-proċess jitkompla,” qalet Simone Attard.

Is-Sinjura Attard qalet li l-awtorità tirrikonoxxi li dan hu żmien diffiċli għal dawk li kienu għaddejjin mill-proċess tal-IVF. Żiedet li fost oħrajn estendiet iż-żmien għan-nisa li sal-aħħar tas-sena jagħlqu 43 sena biex xorta jkunu jistgħu jagħmlu l-IVF.

Dawk in-nisa li sal-aħħar ta’ Diċembru għandhom l-età massima, estendejna b’sitt xhur oħra, biex wara li tgħaddi l-COVID 19, dawn jagħmlu l-proċedura u ma jkunux tilfu ċ-ċans li jista’ jkollhom tfal fil-futur.

Il-Kap tal-awtorità qalet li qed joffru servizzi ta’ counselling lill-koppji b’linja tat-telefon apposta – 25951650 jew 25951651.

Ara wkoll:

Jieqaf is-servizz tal-IVF – min kien beda ċ-ċiklu ffriżawlu l-embrijuni

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, il-Gvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret…

Enerġija

L-istudju għall-impatt ambjentali għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ERA, waqt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja qed jiffinalizzaw l-istudji biex jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport tal-impatt…

Stejjer Umani

Imweġġa’ bil-qtil brutali tal-Afro Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti u bil-qtil razzista wkoll tal-immigrant Lassana Cisse s-sena li għaddiet, Martina Borg marret fuq il-midja soċjali b’messaġġ emozzjonali kontra r-razziżmu. It-tfajla…

Aktar