Kurżitajiet
Ivvintat metodu li jikkoreġi l-mard ġenetiku u joqtol it-tumuri

Żvolta fir-riċerka medika.  Dan hekk kif instab mezz kif isir tibdil fid-DNA tal-bniedem f’każ ta’ mard ġenetiku jew tumuri.

Dan il-metodu ġie vvintat mill-Università Taljana ta’ Trento u tant huwa preċiż li kapaċi joqtol fejn id-DNA ikun marid.  Is-sejba ġiet ippubblikata fir-rivista Nature Biotechnology f’artiklu tal-Professur Anna Cereseto li tat deskrizzjoni dettaljata ta’ dan il-metodu innovattiv u preċiż fil-kawża kontra l-mard tal-kanċer.

L-invenzjoni li saret tant hi preċiża li mhix limitata biss għall-mard ġenetiku u t-tumuri, iżda tista’ tintuża wkoll f’setturi oħra li m’humiex marbuta mal-mediċina imma li t-tibdil ġenetiku huwa essenzjali bħal per eżempju fit-titjib tal-pjanti għall-ikel u tal-annimali għat-trobbija.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-esperti jemmnu li hemm tama għall-fejqan mill-kanċer u mard ieħor marbut max-xjuħija. Mill-istudju li sar, jidher li l-klieb il-baħar għandhom iċ-ċavetta għall-fejqan mill-kanċer u mard ieħor. Ix-xjenzati, li studjaw il-klieb…

Barranin

Karl Lagerfeld, l-istilista ta’ fama dinjija miet fl-età ta’ 85 sena. Id-dinjatur tal-ħwejjeġ Ġermaniż kien imexxi l-kumpaniji tal-moda Chanel u Fendi u ta s-sehem tiegħu wkoll lill-kumpanija H&M. Lagerfeld kien…

Barranin

Fi Trentino ġew arrestati 7 persuni li huwa maħsub li huma l-moħħ wara l-attentati kontra l-istituzzjonijiet li ilhom isiru mill-2017. L-attentati jmorru lura għall-2017 b’tal-aħħar seħħet fit-13 ta’ Ottubru 2018…

Barranin

Il-ġenituri tal-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi jinsabu taħt arrest b’akkużi li kienu jħaddmu l-impjegati tagħhom illegalment. Tiziano Renzi u Laura Bovoli nkixfu mill-impjegati tagħhom stess li rrakkuntaw is-sitwazzjoni tax-xogħol…

Aktar