Barranin
Ivvintaw birra biex jiċċelebraw it-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan

L-ammiraturi tal-familja rjali se jkunu jistgħu jiċċelebraw it-tieġ tal-Prinċep Harry u l-għarusa tiegħu Meghan Markle b’birra ġdida.  Din il-birra ngħatat l-isem ‘Harry & Meghan’s Windsor Knot’ ġiet ivvintata b’mod tradizzjonali u se tinbiegħ dakinhar tal-jum tat-tieġ tal-koppja rjali f’Windsor stess.

Fuqha se jkun hemm it-tikketta li turi d-data tat-tieġ ta’ Harry u Meghan, id-19 ta’ Mejju, u l-post fejn se jiżżewġu, li huwa l-Kastell ta’ Windsor fil-Punent ta’ Londra.  Din il-birra hija s-sequel tal-birra ‘Windsor Knot’ li kienet ġiet ivvintata biex timmarka t-tieġ tal-Prinċep William u Kate fl-2011.

Il-fabbrika tal-birra, li hija bbażata f’Windsor, qalet li ħarġet bi prodott differenti minn ta’ 6 snin ilu.   Windsor fil-passat kienet belt sinonima mal-birra tant li xi seklu ilu kien hemm fiha bosta produtturi tal-birra li kienu jibagħtuha bil-baħar lejn Londra.

L-aħħar fabbrika waqfet tipproduċi l-birra fl-1931 u t-tradizzjoni mietet sakemm reġgħet nibtet f’April tas-sena 2010.  Din il-fabbrika tuża tagħmir u teknika tradizzjonali u moderna biex tipproduċi l-birra.

Wieħed mid-diretturi Will Calvert li għandu 60 sena qal li l-birra għandha rabta mal-patrimonju li għandha familja rjali f’din il-belt.  Il-birra ta’ Harry u Meghan ħarġet fis-suq fit-28 ta’ Marzu u l-fabbrika mistennija tibqa’ tipproduċieha sakemm tibqa’ tinbiegħ.

Segwi hawnhekk il-proċess tal-produzzjoni tal-birra ġdida u x’intqal dwarha:

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Kulħadd xortih fid-dinja u jidher li l-qattus ta’ Karl Lagerfeld għandu xorti tajba. Chiupette għandu ċans li jiret mal-€172 miljun wara li sidu miet ilbieraħ fl-età ta’ 85 sena. Waqt…

Barranin

Jiftaħ uffiċjalment illum is-summit fil-Vatikan dwar il-prevenzjoni tal-abbużi sesswali fuq it-tfal, b’isqfijiet minn madwar 130 pajjiż. Din il-laqgħa għolja qed titqies bħala sforz ewlieni xprunat mill-Papa Frangisku biex tkun indirizzata…

Barranin

Shamima Begum, li ngħaqdet mal-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku fis-Sirja meta kellha ħmistax-il sena, tilfet iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit. L-avukat tal-familja Begum, qal li l-familja hija diżappuntata bid-deċiżjoni u…

Barranin

L-esperti jemmnu li hemm tama għall-fejqan mill-kanċer u mard ieħor marbut max-xjuħija. Mill-istudju li sar, jidher li l-klieb il-baħar għandhom iċ-ċavetta għall-fejqan mill-kanċer u mard ieħor. Ix-xjenzati, li studjaw il-klieb…

Aktar