Barranin
Iwaddab lil bintu għal isfel u wara sigħat isegwiha

F’Chieti, fl-Italja, raġel allegatament waddab lil martu mill-gallarija ta’ darhom u ftit tal-ħin wara gara lil bintu minn pont tal-awtostrada A14.

It-traġedja seħħet ilbierah fejn, Fausto Filippone, għal raġunijiet mhux magħrufa allegatament qatel lil martu u ftit wara waddab lil bintu, ta’ 10 snin, minn ogħli ta’ 30 metru.

Filippone wara sigħat sħaħ iserraħ ma’ tarf il-pont qabeż biex jingħaqad ma’ bintu.

Minkejja li pruvaw ikellmuh il-familjari tiegħu flimkien ma’ uffiċjali mill-għaqda Brioni Spa, Filippone xorta wettaq dak li kellu f’moħħu filwaqt li talab il-maħfra għal dak kollu li għamel.

Il-familjari ta’ Filippone, kollegi u ħbieb jinsabu taħt xokk kbir u qalu li hu qatt ma wera li kien għaddej minn xi problemi.

Filippone beda jitlob biex ikun jaf il-kundizzjoni ta’ bintu u martu anke jekk ma bediex iħalli lil ħadd jersaq lejn bintu. Huwa beda jhedded li jekk xi ħadd kien se jfettillu jersaq lejha, huwa kien se jaqbeż.

Filippone kellu 49 sena.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ċittadini tal-Unjoni Ewropea jridu jwieġbu tliet mistoqsijiet online jekk iridu jibqgħu jgħixu fir-Renju Unit wara Brexit. Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern Ingliż Sajid Jvid li qal li l-pożizzjoni tal-Gvern se tkun…

Barranin

Eluf ta’ nies inġabru fil-monument preistoriku ta’ Stonehenge biex jiċċelebraw il-bidu tas-solistizju tas-sajf. Il-miġemgħa bdiet tgħajjat malli bdiet tiela’ x-xemx min-nofs il-ġebliet wieqfa li hemm fis-Sit Patrimonju Dinji fil-Lbiċ tal-Wiltshire…

Barranin, Kurżitajiet

Huwa fatt magħruf li l-pilloli li nieħdu għandhom effetti sekondarji fuq il-bniedem. Ħafna jaħsbu li l-effett huwa biss wieħed fiżiku bħal xi raxx jew uġigħ ta’ ras. Madankollu, studju li…

Barranin

Il-President Amerikan  Donald Trump irreveda d-deċiżjoni li tfal immigranti jinfirdu minn mal-ġenituri tagħhom fil-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Huwa ffirma ordni eżekuttiva biex iwaqqaf dan milli jkompli jseħħ u…

Aktar