Kurżitajiet
Iwaqqaf ħesrem it-tour biex jiġi operat b’urġenza

Il-kant-awtur Taljan Eros Ramazzotti kellu jwaqqaf ħesrem it-tour fl-Istati Uniti, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel biex jiġi operat b’urġenza fil-kordi vokali.

Huwa kiteb fuq Instagram li se jkollu jieqaf mill-kant għal xahrejn, sakemm jirkupra l-vuċi, iżda determinat li jirritorna fix-xena akbar b’saħħtu minn qatt qabel.

Minn Hamburg fil-Ġermanja, Ramazzotti poġġa r-ritratt fil-klinika fejn se jagħmel l-operazzjoni mal-Professur Markus Hess u rringrazzjah tal-professjonalità tiegħu.

Ramazzotti kellu jagħti mat-80 kunċert madwar id-dinja biex jiċċelebra l-35 sena karriera.  Huwa kien għaddej bit-tour ‘Vita ce n’è World Tour’, li ġie sfurzat ikomplieh is-sena d-dieħla.

Il-kant-awtur Taljan għandu 55 sena u ilu fix-xena mużikali sa mill-1984 li matulhom ħareġ 11-il album, EP, tliet compilation albums, tliet live albums, u 37 single.

Matul il-karriera huwa biegħ mas-60 miljun diska.  Fost l-iktar kanzunetti popolari Musica È,  Adesso Tu u Terra Promessa li biha rebaħ il-Festival ta’ San Remo fl-1984.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Bank of England esprima l-intenzjoni li jfakkar lil Alan Turing fuq il-karta tal-£50, wara li l-awtoritajiet ta’ żmienu għaddewh minn martirju għax kien omosesswali. Turing kien matematiku viżjonarju, u s-servizz…

Lokali

Pedro għandu sena, u ma jitflifx bulettin tal-aħbarijiet wieħed minn ta’ TVM. Il-favorit tiegħu iżda huwa ta’ nofsinhar, li jinqara minn Joe Dimech. Ommu, Maryanne Molina Xuereb, qalet lil TVM…

Barranin

F’Napli, f’bajja fiż-żona ta’ Varcaturo, minn imkien tfaċċa l-maltemp bi tromba tal-arja spiċċat għamlet ħerba sħiħa. Dawk li kienu qed jirrilassaw u jgawdu l-baħar kellhom jippakkjaw u jitilqu jiġru mill-bajja…

Barranin

Meta kien fadal inqas minn siegħa qabel l-India jtella’ l-vettura spazzjali, il-pajjiż issospenda t-tieni missjoni lejn il-qamar. L-aġenzija spazjali Indjana qalet li t-tluq tal-vettura tħassar minħabba problemi tekniċi. Żiedet tgħid…

Aktar