Kronaka
Iweġġa’ gravi f’ħabta f’B’kara

Raġel ta’ 33 sena minn Birkirkara weġġa’ gravi wara ħabta bil-mutur li kien qed isuq u karozza.

L-inċident seħħ għall-ħabta 7am fi Triq Mannarino, Birkirkara, bejn il-mutur misjuq mill-Karkariż u karozza misjuqa minn raġel ta’ 71 sena, ukoll minn Birkirkara.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra xi ksur.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-ewwel indikazzjonijiet qed juru li hemm distakk ta’ 54,000 bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, bil-PL li jinsab minn fuq.

Elezzjoni

Il-Ministru Michael Falzon iddikjara li minn dak li deher s’issa, kollox qed jindika li l-Partit Laburista kiseb maġġoranza assoluta. F’kumment li ta lil TVM, il-Ministru Falzon, li għandu esperjenza twila…

Lokali

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo qal li jekk iċ-ċifri ta’ kemm ħarġu jivvotaw fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huma korretti, jidher li f’ċertu distretti li huma predominanti Nazzjonalisti ma ħarġux jivvotaw…

Aktar