Lokali
Iweġġa’ gravi f’inċident bl-iscooter f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi f’inċident b’e-kick scooter fl-istess lokalità. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq Burmarrad għall-ħabta tal-5pm.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-inċident seħħ bejn l-e-kick scooter misjuq mir-raġel u karozza li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 40 sena residenti l-Mellieħa.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.