
Kronaka
Iweġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem b’chaser
Raġel ta’ 53 sena mir-Raħal Ġdid weġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem b’chaser.
L-inċident seħħ fil-11.15am f’razzett fi Triq Giuseppe Garibaldi, Raħal Ġdid.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.