Kronaka
Iweġġa’ gravi wara ħabta bejn 2 muturi

Raġel ta’ 43 sena residenti Ħ’Attard weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Santa Venera.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8 fi Triq Reġjonali, taħt il-mini ta’ Santa Venera.

Il-ħabta seħħet bejn mutur tal-għamla Piaggio misjuq mir-raġel ta’ 43 sena u mutur ieħor, li telaq minn fuq il-post tal-inċident.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, bis-sewwieq tal-mutur ittieħed lisptar b’ambulanza. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja, waqt li qed ssir tfittxija għall-mutur involut fil-ħabta.