Kronaka
Iweġġa’ gravi wara li baqa’ dieħel ġo faċċata ta’ dar

Raġel ta’ 38 sena residenti Bormla weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel ġo faċċata ta’ residenza.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30am fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.