Lokali
Iweġġa’ gravi wara li ħabat mal-bankina u tilef il-kontroll tal-mutur

Sewwieq ta’ mutur mis-Serbja ta’ 28 sena ndarab gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ matul il-lejl għall-ħabta tal-kwarta fi Triq Ġorġ Borg Olivier, f’San Ġiljan.

Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija jirriżulta li s-sewwieq li kien qed isuq lejn il-Balluta għal xi raġuni ħabat mal-bankina u tilef il-kontroll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei għall-kura. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Dwar il-każ  infetħet inkjesta mill-Maġistrat. Il-pulizija qed tinvestiga.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel minn Tal-Pietà weħel multa talli xerred filmat pornografiku li fih kien hemm l-eks sieħba tiegħu. John Ebejer ta’ 37 sena ġie akkużat li xerred il-filmat onlajn li juri lilu…

Kunsilli Lokali

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali u l-Komunitajiet, Silvio Parnis, appella lill-Kunsilli Lokali biex jużaw b’responsabilità l-fondi li jallokalhom il-Gvern. Fi preżentazzjoni lill-Kunsilli Lokali, is-Sur Parnis spjega kif se jitqassmu l-€53…

Għawdex

L-attività li t-tfal ġibdu l-Arċipriet taż-Żebbuġ Għawdex f’karozza qajmet reazzjonijiet varji b’uħud jaqblu u oħrajn le. Nhar il-Ħadd li għadda l-Kanonku Ġwann Sultana ħa l-pussess tiegħu. Matul il-pussess l-Arċipriet kien…

Aktar