Lokali
Iweġġa’ gravi wara li nqabad bejn il-bieb tal-garaxx u l-karozza

Raġel ta’ 56 sena li joqgħod Ħal Luqa weġġa’ gravi wara li nqabad bejn il-bieb tal-garaxx u l-karozza.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija fi Triq Ġwann Mamo, Ħal Luqa.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-karozza niżlet ir-rampa ta’ garaxx waqt li r-raġel kien barra mill-vettura, bil-konsegwenza li spiċċa nqabad bejn il-bieb tal-garaxx u l-karozza.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija tad-Distrett kienet ukoll fuq il-post biex tassisti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.