Kronaka
Iweġġa’ gravi wara li prova jwaqqaf ħalliel

Raġel qed isofri ġrieħi gravi wara li kien aggrediet minn raġel li daħal fuqu.

Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tat-3.15am, raġel mhux magħruf daħal jisraq minn ħanut fi Triq il-Kunċizzjoni, il-Ħamrun. Huwa daħal billi sgassa tieqa.

Dak il-ħin, kien hemm is-sid, raġel ta’ 37 sena li pprova jwaqqaf il-ħalliel. Jidher li s-sid weġġa’ wara li allegatament kien aggredit b’arma li taqta’ u bil-ponta.

Il-ħalliel irnexxielu jaħrab minn fuq il-post bi flus kontanti.

Is-sid ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Palumbo Malta Superyachts investiet €2.5 miljun f’lift tad-dgħajjes ta’ 420 tunnellata li se jattira aktar negozju lill-gżira minn superyacths li jkunu qed ifittxu tiswija u ffittjar mill-ġdid fix-xhur tax-xitwa. Fi…

Lokali

Il-gazzetta The Sunday Times of Malta qed tirrapporta li ġie identifikat grupp ta’ żewġ Maltin jew aktar bħala suspettati li kienu l-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. The Sunday…

Aktar