Kronaka
Iweġġa’ gravi wara li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ġo siġra

Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Marsaskala weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku, li seħħ ilbieraħ fid-disgħa u nofs ta’ filgħaxija fi Triq Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar.

Iż-żagħżugħ kien passiġier f’vettura misjuqa minn raġel ta’ 46 sena minn Marsaskala, li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ġo siġra.

Fil-vettura kien hemm passiġier ieħor, żagħżugħ ta’ 25 sena minn Marsaskala. Fuq il-post issejħet ambulanza, li ħadet liż-żewġ passiġieri żgħażagħ l-isptar għall-kura. Iż-żagħżugħ ta’ 25 sena u s-sewwieq ma ġarrbux ġrieħi.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Lokali

Inqas minn ġimgħatejn bogħod mill-Milied xi ħadd se jkun qiegħed jiċċelebraħ bħala miljunarju hekk kif illejla ntrebħet is-Super 5. Skont il-Maltco, kien hemm biljett wieħed li rnexxielu jaqta’ l-5 numri…

Partit Laburista

F’ċerimonja fuq il-mafkar ta’ Jum ir-Repubblika fi Triq Diċembru 13 il-Partit Laburista sellem lil Malta Repubblika. Fi stqarrija ngħad li l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar is-sinjifikat ta’ din il-ġrajja…

Aktar