Kronaka
Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Raġel ta’ 61 sena residenti Marsaskala, weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fin-Naxxar

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15am  fi Triq San Ġorġ, fin-Naxxar.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru mill-Pulizija rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Junak u nqaleb.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura medika. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

Aħbarijiet Oħra

Mill-ispezzjonijiet li qed jagħmlu uffiċjali ta’ Transport Malta jirriżulta li l-iktar li sabu nies bla maskra fil-pubbliku huwa fuq tal-linja. Fi 3 ġimgħat inħarġu mat-300 multa wara li saru 13,000…

Is-Segretarju tal-Kumitat tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Magħquda, Gulnara Roll, faħħret lill-Gvern għat-tfassil tas-sistema nazzjonali ta’ housing. Is-sinjura Roll kienet qed titkellem waqt konferenza organizzata mill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u n-Nazzjonijiet Magħquda…

Tikkarga l-ġirja elettorali għall-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti nhar it-3 ta’ Novembru. Eliġibbli jivvutaw iktar minn 156 miljun ruħ, fosthom ċittadini Amerikani li jgħixu barra pajjiżhom. F’Malta u Għawdex hawn madwar…

Aktar