Kronaka
Iweġġa’ gravi wara li waqa’ meta prova jaqbeż fil-gallarija

Raġel ta’ 31 sena residenti l-Mosta, weġġa’ gravi wara li waqa’ sular għoli.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.45am fi Triq Ħamri, Għajnsielem.

Jidher li r-raġel qabeż minn  madwar sular għoli sabiex jaċċessa l-gallarija tar-residenza u sofra xi ġrieħi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.