Kronaka
Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq il-mutur

Raġel ta’ 60 sena residenti Bormla weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6.45 fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 60 sena residenti Bormla kien qiegħed isuq mutur tat-tip Yamaha u għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’. Il-vittma ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.