Lokali
Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding f’uffiċċju fil-Mellieħa

Ħaddiem ta’ 33 sena li jgħix il-Mellieħa weġġa’ gravi wara kmieni waranofsinhar waqa’ minn fuq scaffolding fil-Mellieħa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa f’uffiċċju fi Triq il-Mitħna l-Ġdida meta r-raġel waqa’ minn fuq l-iscaffoldin waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’uffiċċju.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.