Kronaka
Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum

Raġel ta’ 51 sena, residenti Ħal Qormi, weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.50am ġo residenza fi Triq l-Isperanza, il-Mosta.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.