Lokali
Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli f’San Pawl il-Baħar

Raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli f’San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħaxija fi Triq il-Port Ruman.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Ir-raġel ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.